X’inhuma l-passi tal-proċess tal-prenotazzjoni?

Meta tissottometti l-formola tal-prenotazzjoni, aħna ser noħolqulek kont. Ser tirċievi d-dettalji kollha permezz tal-imejl. Il-kont ser itik aċċess għall-app tal-ivvjaġġar DisoverEU, fejn tista’ tiċċekkja r-rotot tal-ferroviji u l-ħinijiet biex tippjana l-vjaġġ tiegħek, taċċessa l-card ta’ DiscoverEU EYCA tiegħek biex tibbenefika minn eluf ta’ skontijiet madwar l-Ewropa kollha u tingħaqad mal-komunità DiscoverEU biex taqsam l-esperjenzi tiegħek ma’ vjaġġaturi oħrajn bħalek. Se ssib il-Pass DiscoverEU tiegħek direttament fl-app.

 

 

Step 1

Aċċessa l-formola tal-prenotazzjoni tiegħek

Aċċessa l-link personali tal-booking tiegħek (mibgħuta lilek permezz ta’ [email protected])

Step 2

Ivverifika l-identità tiegħek

Bħala parti mill-formola tal-prenotazzjoni, inti ser tintalab tivverifika l-identità tiegħek.

Step 3

Issottometti l-formola tal-prenotazzjoni tiegħek

Ladarba tlesti, issottometti l-formola tal-prenotazzjoni

Kif nibda l-proċess tal-prenotazzjoni?

Inti (ser) tirċievi/irċevejt stedina bl-imejl bil-lilnk tal-formola tal-prenotazzjoni personali tiegħek.

Biex tlesti l-booking tal-vjaġġ, ikollok tippjana ftit affarijiet. L-aktar importanti huwa li jkollok karta tal-identità jew pass lest biex tivverifika l-identità tiegħek.

Meta timla l-formola tal-booking tal-vjaġġ, ċerta informazzjoni tkun diġà mimlija minn qabel, ibbażata fuq id-dejta li ksibna mill-proċess ta’ verifika tal-identità tiegħek. L-informazzjoni mimlija minn qabel tinkludi:

  • Indirizz tal-email
  • Kodiċi tal-applikazzjoni
  • Isem
  • Kunjom
  • Data tat-twelid
  • Pajjiż li ħareġ il-karta tal-identità/pass

Għandek bżonn iktar informazzjoni dettaljata?
Agħti ħarsa lejn iċ-Ċentru tal-Għajnuna fejn tista’ ssib it-tweġibiet għall-iktar mistoqsijiet frekwenti.

Ikkonsulta ċ-Ċentru tal-Għajnuna
start process

Dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar il-Pass DiscoverEU

Pass tal-Interrail ta' DiscoverEU

Kun fejn tixtieq tkun, flessibiltà sħiħa

Ivvjaġġa mingħajr dati u destinazzjonijiet fissi minn qabel

Ivvjaġġa mingħajr dati u destinazzjonijiet fissi minn qabel

Ikkonferma l-Pass Mobbli tal-Interrail tiegħek u lesti r-riċerka tiegħek iktar tard.
Ser tkun tista’ tuża’ l-pass mobbli tiegħek fl-app tal-Ivvjaġġar ta’ DiscoverEU.
Tista’ tattiva l-Pass tiegħek sal-ġurnata meta tibda tivvjaġġa.
Waqt il-vjaġġ, ippjana inti u għaddej, biddel id-direzzjonijiet u ħalli l-vjaġġ jiżviluppa waħdu.

Ivvjaġġa fuq ferroviji għal 7 ijiem fi żmien xahar

Ivvjaġġa fuq ferroviji għal 7 ijiem fi żmien xahar

Tista’ tuża l-pass tul 7 ijiem li tagħżel int waqt perjodu fiss ta’ xahar. Ivvjaġġa fi ġranet konsekuttivi, jew ifrixhom matul ix-xahar. Tista’ tirranġa kollox direttament mill-app tal-ivvjaġġar ta’ DiscoverEU.

Ivvjaġġa waħdek jew fi grupp

Ivvjaġġa waħdek jew fi grupp

Huwa f’idejk li tagħżel jekk tivvjaġġax waħdek jew fi grupp.
Tista’ tagħżel ma’ min tivvjaġġa meta tapplika għal DiscoverEU, u tibdel dan f’nofs il-vjaġġ tiegħek.
Jekk tivvjaġġa fi grupp, kull wieħed mill-membri tal-grupp se jkollu l-pass tiegħu.

Ivvjaġġar fil-Pajjiż tar-Residenza

Ivvjaġġar fil-Pajjiż tar-Residenza

Il-Pass tiegħek jista’ jintuża biss għal żewġ vjaġġi speċifiċi fil-pajjiż tar-residenza tiegħek (imsejjaħ il-vjaġġ barra u lura).
Tista’ tivvjaġġa minn kwalunkwe post fil-pajjiż tar-residenza tiegħek sal-fruntiera jew sa ajruport jew port, tista’ tivvjaġġa b’iktar minn ferrovija waħda diment li l-vjaġġi jkunu fl-istess ġurnata tal-vjaġġ.

Ivvjaġġa skont il-pass tiegħek

Ivvjaġġa skont il-pass tiegħek

Bil-pass mobbli, tista’ tibqa’ iktar fit-tul ġo belt jew titlaq iktar qabel minn destinazzjoni li tkun ippjanajt.
Qed tesperjenza xi xkiel fil-vjaġġi tiegħek, bħal ferrovija b’dewmien jew li ġiet ikkanċellata?
Tista’ tieħu l-ferrovija li jmiss jew tbiddel ir-rotta tiegħek.

Importanti li Tkun Taf

Importanti li Tkun Taf

Qabel ma titla’ fuq ferrovija, karozza tal-linja jew dgħajsa, kull vjaġġ jeħtieġ li jiġi rrekordjat fuq l-app tal-ivvjaġġar ta’ DiscoverEU taħt is-sezzjoni “Il-vjaġġ tiegħi” u żżidu mal-Pass mobbli tiegħek tal-Interrail.
Xi ferroviji ta’ distanzi twal jeħtieġu l-prenotazzjoni ta’ seat addizzjonali.

Ħudni lejn iċ-Ċentru tal-Għajnuna